Monitoraġġ tal-Kwalità tal-Arja

Bħala parti mill-impenn tagħna għal kwalità aħjar tal-arja fiż-żona tal-infrastruttura ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali tagħna, il-Power Station ta’ Delimara, aħna nikkummissjonaw monitoraġġ tal-kwalità tal-arja permezz ta’ proċess ta’ teħid ta’ kampjuni fuq bażi ta’ kuljum skont l-istandards speċifikati fl-AL 478 tal-2010, Regolamenti dwar il-Kwalità tal-Arja tal-Madwar.

Il-kampjuni tal-arja jiġu mmonitorjati wkoll għall-arseniku, il-kadmju, in-nikil, iċ-ċomb u l-vanadju kull tliet xhur.
Żewġ lokalitajiet, Marsaxlokk u Birżebbuġa ġew magħżula għat-teħid tal-kampjuni tal-arja prinċipalment minħabba l-qrubija tagħhom lejn il-Power Station ta’ Delimara.

Il-kejlijiet ta’ kuljum jiġu rreġistrati biex jiġi kkalkulat il-qari li ġej:

– Il-valur limitu ta’ kuljum (skont l-AL 478 tal-2010)
– L-għadd ta’ drabi li jinqabeż il-valur limitu ta’ kuljum
– Il-valur limitu annwali (skont l-AL 478 tal-2010)
– Il-kejl medju annwali
– L-ogħla kejl irreġistrat matul is-sena tar-rappurtar

 

Rapporti dwar il-kwalità tal-arja

Air dispersion modelling

Image – viewingmalta.com