Ara l-mappa biż-żoni li bħalissa jinsabu bla elettriku

Iż-żoni li bħalissa huma affettwati minn qtugħ fil-provvista tal-elettriku kemm jekk minħabba xi ħsara jew minħabba manutenzjoni huma murija fil-mappa.

Jekk m’għandikx elettriku u ż-żona tiegħek ma tidhirx fil-mappa, ara jekk il-meter tal-elettriku hux mitfi jew mixgħul. Jekk huwa mitfi ikkuntattja s-servizz tal-customer care fuq in-numru 80002224. Jekk il-meter mixgħul ifisser li l-provvista tal-elettriku min-naħa tal-Enemalta hija tajba u allura kellem lill-electrician privat tiegħek.

Qtugħ fil-provvista tal-elettriku ppjanat

Din hija lista ta’ xogħlijiet skedati ta’ manutenzjoni  u tisħiħ tan-netwerk li jista’ jkollhom bżonn qtugħ temporanju tal-provvista tal-elettriku f’partijiet differenti f’Malta u Għawdex. Il-manutenzjoni regolari tal-grid tal-elettriku hija proċess kontinwu essenzjali sabiex ikun assigurat netwerk ta’ distribuzzjoni sigur u affidabbli f’Malta u Għawdex, Meta niskedaw dawn ix-xogħlijiet, aħna nfittxu li nidentifikaw dati u ħinijiet li jikkawżaw l-anqas inkonvenjent possibbli għall-klijenti tagħna.

Jekk għandek il-kont tad-dawl fuq ismek tista’ tabbona biex tirċievi SMS dwar xogħol ta’ manutenzjoni li jista’ jaffettwa il-provvista tal-elettriku tiegħek billi tibgħat messaġġ bin-numru tal-karta tal-identita tiegħek fuq 79052492.