Loading...
Dwarna 2018-10-19T09:59:03+00:00

NAGĦTU L-ENERĠIJA LILL-IDEAT TIEGĦEK

Imwaqqfa fl-1977, Enemalta hija l-fornitur ewlieni tas-servizzi tal-elettriku fil-Gżejjer Maltin. Il-kumpanija tieħu ħsieb il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, kif ukoll l-iżvilupp tan-network nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-elettriku.

IL-PROFIL TAL-KUMPANIJA
IL-PRODUZZJONI TAL-ELETTRIKU

L-Istazzjon ta’ Delimara

L-Istazzjon ta’ Delimara huwa kumpless f’Marsaxlokk li jiġbor fih erba’ impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li kuljum iwasslu u jipprovdu l-enerġija elettrika meħtieġa għall-klijenti tagħna f’Malta u Għawdex.

AQRA IKTAR
ID-DISTRIBUZZJONI TAL-ELETTRIKU

In-network tagħna

L-inġiniera u t-tekniċi tagħna huma responabbli mill-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-operat tas-sistema nazzjonali; liema sistema tqassam l-elettriku li jiġi ġġenerat mill-istazzjonijiet lill-klijenti kollha tagħna..

AQRA IKTAR
IL-PRODUZZJONI TAL-ELETTRIKU

L-Interconnector ta’ bejn Malta u l-Italja

L-Interconnector ta’ bejn Malta u l-Italja huwa l-itwal interconnector ta’ kurrent alternanti b’vultaġġ għoli tax-xorta tiegħu fid-dinja.

AQRA IKTAR
ĦARSA LURA LEJN L-1882

L-istorja tal-elettriku

L-elettriku kien introdott f’Malta lejn l-aħħar tad-dsatax-il seklu. Minn dak iż-żmien, żviluppajna u progressajna billi kkummissjonajna diversi stazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku u qegħdin kontinwament nestendu n-network tad-distribuzzjoni sabiex inlaħħqu mad-domanda għall-enerġija elettrika tal-pajjiż li kull ma tmur dejjem tiżdied.

AQRA IKTAR
L-AMMINISTRAZZJONI

Id-diretturi u t-tmexxija

Il-Kumpanija tagħna hija mmexxija minn Bord ta’ Diretturi maħtura mill-azzjonisti tagħna. L-amministrazzjoni tal-operat tagħna hija fdata f’idejn il-Bord ta’ Tmexxija li tinkludi kapijiet eżekuttivi u divisional managers.

AQRA IKTAR
AĦBARIJIET

L-aħħar aġġornamenti mill-kumpanija tagħna

Aqra fuq l-aħħar żviluppi tas-servizzi tagħna. Għal iktar aġġornamenti żur il-paġna tagħna ta’ Facebook.

AQRA IKTAR