It-tim ta’ assistenza għall-klijenti ta’ Enemalta kif ukoll il-kumpanija sussidjarja tagħna Automated Revenue Management Services Ltd (ARMS), li tipprovdi assistenza għall-klijenti u hija responsabbli mill-kontijiet tad-dawl, jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek u jagħtuk l-għajnuna li teħtieġ meta tuża s-servizzi tagħna

Aħna nagħmlu l-almu tagħna sabiex nagħtuk l-assistenza jew it-tagħrif li teħtieġ mill-iktar fis possibli.

Meta tuża wieħed mill-mezzi indikati f’din is-sezzjoni sabiex tagħmel kuntatt magħna jew ma’ ARMS, int mitlub issemmi:

In-numru tal-kont;
In-numru tal-meter (jekk applikabli);
• L-indirizz eżatt tal-proprjetà fejn hija meħtieġa l-assistenza.

In-Numru tal-Kont tiegħek u n-Numru tal-Meter ikunu mniżżlin fil-kont tad-dawl u l-ilma. In-numru tal-meter tal-elettriku jkun ukoll imniżżel fuq il-meter innifsu.

Għal assistenza teknika urġenti dwar is-servizzi tagħna,

ikkuntattja lit-tim tagħna li jipprovdi assistenza għall-klijenti 24 siegħa kuljum fuq in-numru 8000 2224.

Meta għandek tikkuntattja lill-ARMS?

Meta għandek tikkuntattja lit-tim ta’ Enemalta li jipprovdi assistenza għall-klijenti ??

Att dwar il-libertà tal-informazzjoni

Formula sabiex tikkuntattjana

Utilizza din il-formula sabiex tibgħatilna mistoqsijiet dwar is-servizzi tagħna kif ukoll dwar dan is-sit elettroniku.

Agħfas hawn sabiex tirrapporta qtugħ fil-provvista tal-elettriku jew  hawn  biex tirrapporta diffikultajiet tekniċi oħra.