Tariffi, kontijiet u ħlasijiet

Il-proċessi tal-ħruġ u l-ħlasijiet tal-kontijiet tal-elettriku jitmexxew mill-ARMS .

Tariffi applikabbli
It-tariffi applikabbli għas-servizzi tal-elettriku huma regolati mir- Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku (S.L. 545.01) u awtorizzati mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma . It-tariffi tal-elettriku jinkludu tariffa annwali għas-servizz kif ukoll rata tal-konsum għal kull unità tal-elettriku li tiġi kkunsmata. Dawn it-tariffi jvarjaw skont it-tip ta’ servizz (residenzjali, domestiku jew nonresidenzjali), kif ukoll skont l-ammont ta’ elettriku li tuża.

It-tariffi tagħna huma bbażati fuq konsum kumulattiv annwali. Madankollu, minħabba l-fatt li l-qari tal-meter ma jitteħidx fuq bażi annwali, it-tariffi jiġu applikati fuq bażi prorata, skont in-numru ta’ ġranet koperti minn kull kont li tirċievi. Fejn applikabbli, din il-proċedura tapplika wkoll għall-ekoriduzzjoni.

Dawn huma t-tariffi tal-elettriku tagħna bħalissa. Kwalunkwe bidla f’dawn it-tariffi titħabbar b’mod pubbliku minn qabel:

Irreferi għas-sit elettroniku tal-ARMS għal aktar spjegazzjoni dwar kif jiġu kkalkulati l-kontijiet tiegħek.

F’xi każijiet, jekk għal xi raġuni ma nkunux nistgħu niksbu l-qari propju tal-meter tiegħek, inti tista’ tirċievi kontijiet ibbażati fuq stima tal-konsum. Kwalunkwe diskrepanza bejn l-istima u l-konsum reali tiġi rikonċiljata malli l-qari tal-meter tiegħek ikun disponibbli.

Meta, għal xi raġuni, ma nkunux nistgħu niksbu l-qari propju tal-meter tiegħek, aħna xorta waħda nibagħtulek kont ibbażat fuq stima tal-konsum. F’każijiet bħal dawn, l-ARMS tfittex li tikseb il-qari reali tal-konsum tiegħek u tibgħatlek kontijiet ibbażati fuq il-konsum reali mill-anqas darbtejn fis-sena. Jekk tirċievi kontijiet ibbażati fuq stima tal-konsum, inti tista’ tissottometti l-qari tal-meter tiegħek lill-ARMS sabiex tirċievi kont aġġornat. Tista’ żżur www.smartutilities.com.mt għal opzjonijiet differenti dwar kif tista’ tibgħat il-qari tal-meter tiegħek lill-ARMS.

L-ARMS normalment tibgħatlek il-kontijiet bil-posta. Jekk tippreferi, l-ARMS tista’ toffrilek ukoll li tibgħatlek il-kontijiet b’mod elettroniku.

Inti trid tħallas kull kont sad-data tal-ħlas imniżżla biex tevita li teħel ħlasijiet u interessi addizzjonali għall-ħlas tard. L-ARMS toffri metodi differenti ta’ ħlas għall-kumdità tiegħek. Kull metodu huwa spjegat b’mod ċar fl-informazzjoni li tirċievi ma’ kull kont.

Il-mod ta’ ħlas preferut
Il-mod ta’ ħlas l-aktar konvenjenti u kosteffettiv għall-klijenti b’kontijiet Domestiċi u Residenzjali huwa l-ħlas dirett mill-kont tal-bank tiegħek (direct debit). Permezz ta’ dan is-servizz, inti tiżgura li tevita l-konsegwenzi ta’ ħlas tard u tgawdi minn skont ta’ 2% (jew €3, skont liema jkun l-ogħla) fuq kull kont li tirċievi. Il-ħlas jinġibed b’mod awtomatiku mill-kont tal-bank tiegħek 15-il jum wara li jintbagħatlek il-kont. Għal aktar tagħrif dwar kif tapplika għal dan il-metodu ta’ ħlas vantaġġjuż, tista’ tirreferi għall-informazzjoni pprovduta fl-kont tiegħek jew tikkuntattja lill-ARMS.

Il-ħlas bid-direct debit ma jnaqqaslek xejn mid-dritt li toġġezzjona dwar l-eżattezza tal-kontijiet tiegħek, kif se jiġi spjegat aktar ’il quddiem f’din it-taqsima. Xorta waħda tkun tista’ titlob lill-ARMS jirrieżaminaw il-kontijiet tiegħek jekk tħoss li dawn għandhom jiġu kkoreġuti. Jekk it-talba tiegħek tiġi kkonfermata, inti tiġi rimborżat kif meħtieġ.

Diffikultajiet fil-ħlas
Aħna nifhmu li, kultant, jista’ jkun li ssibha diffiċli biex tħallas il-kontijiet tiegħek fil-ħin. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-ARMS kemm jista’ jkun malajr qabel id-data ta’ ħlas speċifikata fil-kont tiegħek, biex tfittex soluzzjonijiet alternattivi. Dawn l-opzjonijiet jistgħu jinkludu arranġamenti biex tħallas il-kontijiet pendenti tiegħek bin-nifs b’pagament kull xahar. L-aġenti ta’ għajnuna lill-klijenti tal-ARMS jgħinuk tidentifika l-aħjar opzjoni biex tħallas id-djun tiegħek filwaqt li tevita aktar kumplikazzjonijiet.

Nuqqas ta’ ħlas u sospensjoni tal-provvista tal-elettriku
Jekk tonqos milli tħallas il-kont tiegħek fiż-żmien speċifikat, inti teħel l-interessi u ħlasijiet oħra għall-ħlas tard. Aħna nibagħtulek ukoll notifiki biex infakkruk tħallas id-djun tiegħek fil-kontijiet li jmiss, kif ukoll avviż finali ta’ sospensjoni li jinfurmak biex tħallas id-djun tiegħek fi żmien speċifikat biex tevita li l-provvista tiegħek tiġi sospiża.

Sfortunatament, hemm sitwazzjonijiet fejn l-Enemalta u l-ARMS ma jkollhom l-ebda għażla oħra ħlief li jitolbu s-sospensjoni tal-provvista tal-elettriku tiegħek. Dawn is-sitwazzjonijiet jinkludu:

  • meta tonqos li tħallas il-kontijiet pendenti tiegħek mingħajr ma tilħaq arranġamenti ta’ ħlas bin-nifs mal-ARMS;
  • meta ma żżommx mal-kundizzjonijiet ta’ ftehim ta’ ħlas bin-nifs billi ma tħallasx il-pagamenti;
  • meta ma tħallasx kontijiet għall-ħlas ta’ elettriku mhux irreġistrat minħabba serq jew irregolaritajiet oħra.
  • Qabel ma tinqatagħlek il-provvista, jintbagħatlek avviż ta’ sospensjoni. Dan l-avviż jinfurmak b’mod ċar meta tkun se tinqatagħlek il-provvista u li din tkun tista’ tingħatalek lura biss wara li tħallas id-djun kollha (jew tilħaq ftehim ta’ ħlas bin-nifs mal-ARMS) u tħallas it-tariffi applikabbli biex tingħata lura l-provvista.

Ladarba tħallas, il-provvista tal-elettriku tiegħek tista’ ddum sa 24 siegħa sakemm tingħata lura. Il-konnessjoni mill-ġdid tista’ tieħu anke aktar waqt sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, ngħidu aħna waqt kundizzjonijiet gravi tat-temp, meta t-timijiet ta’ appoġġ tekniku tagħna jkunu jridu jagħtu prijorità lit-talbiet aktar urġenti ta’ klijenti oħra.

Din it-twissija finali ma tintbagħatlekx jekk tonqos milli tħallas għal elettriku mhux irreġistrat minħabba serq (jew irregolaritajiet oħra), jew jekk ma tonorax ftehim ta’ ħlas. F’dawn iż-żewġ każijiet, nistgħu nissospendu l-provvista tiegħek mill-ewwel

Jekk ma tħallasx id-djun tiegħek u l-provvista tiegħek tiġi sospiża, ir-rikonnessjoni tista’ sseħħ biss ladarba tissodisfa l-kundizzjonijiet indikati fl-avviż tas-sospensjoni, inkluż il-ħlas tad-djun pendenti u l-imgħax akkumulat (jew l-iffirmar ta’ ftehim ta’ ħlas bin-nifs) kif ukoll il-miżati applikabbli għall-ħlas tard u biex tingħata lura l-provvista.

Il-qtugħ tal-provvista ma jneħħilekx l-obbligu li tħallas il-kontijiet li jkun għad fadallek.      Jekk il-kont tiegħek jibqa’ sospiż għal aktar minn sitt xhur, malli tħallas id-djun dovuti, ikollok bżonn tipprovdi, spejjeż tiegħek, ċertifikazzjoni teknika tassistema interna tal-elettriku tiegħek minn provveditur awtorizzat (elettriċista liċenzjat) jew (skont kif meħtieġ) inġinier tal-elettriku awtorizzat, sabiex il-provvista tingħatalek lura Jekk l-ammonti dovuti ma jitħallsux, aħna nieħdu aktar passi biex niżguraw li d-djun tiegħek jitħallsu. Jekk il-kont tiegħek jibqa’ sospiż għal aktar minn sitt xhur, ladarba tħallas id-djun dovuti, inti tkun trid tipprovdi, spejjeż tiegħek, ċertifikazzjoni teknika tas-sistema tal-elettriku interna tiegħek minn elettriċista liċenzjat jew minn inġinier bil-warrant, qabel ma tkun tista’ terġa’ tingħatalek il-provvista wara l-ħlas tal-djun dovuti.

Jekk tonqos ripetutament milli tħallas il-kontijiet tiegħek fil-ħin, aħna nirriżervaw id-dritt li nintroduċu miżuri addizzjonali sabiex inħarsu l-interessi tagħna.

Tista’ tirreferi għar-Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku (L.S.545.01) jew iżżur www.smartutilities.com.mt għal aktar dettalji.

Mistoqsijiet u nuqqas ta’ qbil dwar il-kontijiet
L-ARMS hija impenjata li tassigura li l-kontijiet li inti tirċievi jkunu preċiżi u faċli biex tifhimhom. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-kontijiet tiegħek, tista’ tikkuntattja lill-ARMS għal aktar assistenza.

Jekk tħoss li l-kontijiet tiegħek jeħtieġ li jiġu rieżaminati, inħeġġuk tinforma lill-ARMS immedjatament. Aħna nirrakkomandawlek li tħallas l-ammont li tħoss li verament għamilt, sakemm il-problema tiegħek tiġi solvuta. B’hekk tevita l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ ħlas imsemmija aktar ’il fuq, jekk jinstab li t-talba tiegħek ma kinitx ġustifikata.

Jekk il-kwistjoni pendenti tiegħek tkun ibbażata fuq argumenti validi u raġonevoli, aħna nevitaw li naqtgħulek il-provvista sakemm il-kwistjoni tiġi solvuta. Madankollu, jekk in-nuqqas ta’ qbil tiegħek ma jkunx ġustifikat, aħna nirriżervaw id-dritt li nieħdu kwalunkwe azzjoni applikabbli skont il-liġi, inkluża s-sospensjoni tal-provvista, biex nirkupraw il-ħlasijiet dovuti.

Jekk naqtgħulek il-provvista minħabba nuqqas ta’ ħlas jew kwalunkwe irregolarità oħra, it-tariffa applikabbli tas-servizz xorta tibqa’ tiżdied fil-kontijiet tiegħek anki waqt li s-servizz ikun sospiż.

Jekk ma tkunx sodisfatt bir-rieżami tal-kont tiegħek mill-ARMS, tista’ tikkunsidra metodi oħra ta’ soluzzjoni tal-problemi li huma disponibbli għall-klijenti tagħna.

Tneħħija tar-responsabbiltà
Jitneħħielek l-obbligu li tkompli tħallas it-tariffa għas-servizz u t-tariffi tal-konsum biss meta ttemm il-proċedura xierqa tal-ARMS biex twaqqaf is-servizz, li tinkludi t-tneħħija tal-meter tal-elettriku u t-tagħmir relatat u tħallas id-djun kollha pendenti. Jekk tabbanduna l-proprjetà tiegħek mingħajr ma l-ewwel twaqqaf is-servizz tiegħek permezz ta’ dan il-proċess, inti tibqa’ responsabbli għall-ħlas tat-tariffa annwali għas-servizz, kif ukoll l-elettriku li jiġi kkunsmat minn terzi persuni.