L-EMS tagħna

Is-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali (EMS) tagħna tinkludi sett ta’ proċeduri operazzjonali, jew f’termini aktar sempliċi, mod kif nagħmlu l-affarijiet. Hija twassal għal tnaqqis fl-impatti ambjentali negattivi li jistgħu jikkawżaw l-operazzjonijiet tagħna billi tiffoka fuq il-kawżi tal-impatti ambjentali tagħna u timplimenta miżuri effettivi sabiex dawn jiġu eliminati jew jitnaqqsu.

Hija ssegwi ċiklu li jirrepeti ruħu, ibbażat fuq iċ-ċiklu Plan-Do-Check-Act (Ippjana-Agħmel-Iċċekkja-Ħu azzjoni) (PDCA).

 

 

PDCA cycle

Il-proċess sabiex inżommu l-impenn ambjentali tagħna jibda billi nimpenjaw ruħna għal Politika Ambjentali. Aħna nużaw din il-politika bħala bażi sabiex nistabbilixxu pjan, li jinkludi objettivi u miri speċifiċi sabiex intejbu l-prestazzjoni ambjentali, li mbagħad iridu jiġu implimentati. Ladarba l-bidliet ikunu fis-seħħ, aħna nevalwaw il-prestazzjoni ambjentali tagħna sabiex nassiguraw li l-objettivi u l-miri stabbiliti jkunu qegħdin jintlaħqu. Jekk le, tittieħed azzjoni korrettiva.

Kull sena, il-maniġment għoli tal-Kumpanija tagħna jeżamina r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni u l-verifika sabiex jassigura li l-għanijiet maħsuba tal-EMS ikunu qegħdin jintlaħqu. Il-maniġment jiddetermina wkoll il-progress tas-sistema, jikkonferma r-riżultati u jidentifika objettivi u miri ġodda għas-sena ta’ wara, sabiex iżomm it-titjib kontinwu. Iċ-ċiklu jirrepeti ruħu kull 12-il xahar.

Image – viewingmalta.com