Irrapporta diffikultajiet tekniċi 2018-11-30T15:06:31+00:00

Irrapporta diffikultajiet tekniċi

Dawn huma xi għodod biex jgħinuk tirrapporta qtugħ tal-provvista jew diffikultajiet tekniċi oħra.

Jekk tixtieq tirrapporta sitwazzjonijiet perikolużi, bħal apparat tal-elettriku li jixxokkja, jekk jogħġbok ċempel lit-tim ta’ għajnuna lill-klijenti tagħna 24/7 fuq 2007 2224 immedjatament, sabiex inkunu nistgħu nibagħtulek it-tekniċi tagħna biex jgħinuk kemm jista’ jkun malajr.  

Xogħol ippjanat ta’ manutenzjoni u żvilupp tan-netwerk u qtugħ tal-provvista

 
 • Xogħlijiet ippjanati li tlestew dan l-aħħar
 • Xogħlijiet ippjanati li jmiss
 • Xogħlijiet għaddejjin (jistgħu jaffettwaw is-servizzi fiż-żona)  
• Diffikultà fin-netwerk (tista’ taffettwa s-servizzi fiż-żona)
 

Aħna impenjati li nipprovdulek servizz tal-elettriku mingħajr qtugħ fil-provvista. Madankollu, xi drabi jkun hemm bżonn li l-provvista tiegħek tintefa sabiex il-ħaddiema tagħna jkunu jistgħu jagħmlu xogħol ta’ tiswija, manutenzjoni jew tisħiħ tan-network b’mod sigur.

Meta niżviluppaw is-sistemi ta’ ġenerazzjoni u ta’ distribuzzjoni tal-elettriku, aħna nfittxu li niksbu l-flessibbiltà neċessarja sabiex nassiguraw li, f’każ ta’ ħsara f’xi parti tal-infrastruttura tagħna, ikun hemm immedjatament disponibbli kapaċità u konnessjonijiet tan-netwerk alternattivi sabiex nagħtuk lura s-servizzi tiegħek. L-Enemalta tinvesti f’titjib kontinwu tas-sistemi tagħha sabiex iżżomm u ssaħħaħ dan il-livell ta’ flessibbiltà.

Minkejja l-miżuri ta’ prevenzjoni kontinwi tagħna, xi interruzzjonijiet mhux ippjanati ma jkollniex kontroll fuqhom u ma jistgħux jiġu evitati. Enemalta hija marbuta li tipprovdi l-ħaddiema u t-tagħmir neċessarji f’kull ħin, sabiex it-tiswijiet isiru mill-aktar fis possibbli, mingħajr ma tiġi pperikolata s-sigurtà tal-klijenti, tal-pubbliku u tal-impjegati tagħna.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Limitazzjoni tar-responsabbiltà

Filwaqt li nieħdu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jinkludu informazzjoni preċiża u aġġornata fin-notifiki tal-qtugħ skedat fil-provvista permezz ta’ dan is-sit elettroniku jew permezz tas-Servizz ta’ Notifika b’SMS/Posta elettronika, wieħed m’għandux jibbaża fuq l-informazzjoni pprovduta bħala li hija bla żbalji jew eżatta. Aħna ma nagħmlu l-ebda rappreżentazzjoni jew garanzija dwar l-eżattezza jew il-kompletezza ta’ din l-informazzjoni, u ma naċċettaw ukoll l-ebda responsabbiltà għal xi żbalji jew ommissjonijiet. Għaldaqstant, ma naċċettaw l-ebda imputabbiltà jew responsabbiltà għall-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet ta’ kwalunkwe utent ta’ dan is-sit elettroniku jew tas-Servizz ta’ Notifika b’SMS/Posta elettronika fir-rigward tal-kontenut fihom. L-informazzjoni kollha pprovduta permezz ta’ dawn il-kanali hija pprovduta “kif inhi” mingħajr l-ebda tip ta’ garanzija, espliċita jew impliċita, sal-massimu possibbli skont il-liġi. Fl-ebda każ ma nkunu responsabbli lejn xi parti għal kwalunkwe dannu jew telf inċidentali, indirett, inċidentali jew konsegwenzjali li jirriżulta mill-aċċess għal jew l-użu ta’ informazzjoni minn dan is-sit elettroniku jew is-Servizz ta’ Notifika b’SMS/Post elettronika, inkluż, mingħajr limitazzjoni, id-danni għat-telf tal-profitti, l-interruzzjoni tan-negozju, jew it-telf tal-informazzjoni.