Servizzi fi proprjeta’ domestika

Ir-rati tat-Tariffa tal-Konsum Domestiku japplikaw għal unitajiet individwali ta’ residenza, użati esklussivament u regolarment bħala residenzi privati, hekk kif jistgħu jkunu kkonfermati permezz ta’ evidenza dokumentata. Għal iktar tagħrif, ikkuntattja lit-tim ta’ ARMS li jipprovdi assistenza għall-klijenti.

Il-ħlas tal-installazzjoni u l-ħlas annwali tas-servizz għal Servizzi fi Proprjetà Domestika huma applikabbli bl-istess rati bħal dawk għal Servizz fi proprjetà residenzjali.

Ir-rati tat-Tariffi tal-Konsum Domestiku
(jinkludu VAT ta’ 5%))

Livell
Konsum Kumulattiv (kW fis-siegħa)
Rata (€)
1
0 – 2,000
0.1365
2
2,001 – 6,000
0.1673
3
6,001 – 10,000
0.2023
4
10,001 – 20,000
0.4180
5
20,001 u iktar
0.6860
 
 
Il-Maximum Demand Tariff għal Servizz fi Proprjetà Domestika

Servizz bi tliet fażijiet (three phase) fi Proprjetà Domestika li jaqbeż is-60 Amperes (A) għal kull fażi għandu wkoll ikun suġġett għal Maximum Demand Tariff b’rata ta’ €21.05 (VAT inkluża) fis-sena għal kull kW tal-Maximum Demand fi kwalunkwe perjodu matul is-sena.
L-informazzjoni u ċ-ċifri mniżżilin f’din il-paġna huma għal skopijiet ta’ tagħrif biss. Filwaqt li jsir dak kollu possibli sabiex tiġi żgurata l-eżattezza ta’ din l-informazzjoni, f’każ ta’ diskrepanzi bejn l-informazzjoni f’dan is-sit elettroniku u r-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Elettriku jew liġijiet oħra applikabbli, id-dettalji fil-leġislazzjoni jipprevalu.