X’għandek bżonn biex tapplika għall-meter tal-EV

30.08.2021

Is-sidien ta’ karozzi elettriċi (EVs) li jixtiequ jiċċarġjaw il-karozza tagħhom fil-kumdita` tar-residenza tagħhom issa jistgħu japplikaw għal dan is-servizz.

Enemalta qed toffri tariffi vantaġġużi għal dan is-servizz. Rata fissa ta’ €0.1298 għal kull unit tapplika meta wieħed jiċċarġja l-vettura tiegħu fil-ħinijiet off-peak li huma kulljum minn bejn nofsillejl u s-sitta ta’ filgħodu u bejn nofsinhar u l-erbgħa ta’ waranofsinhar. Il-Ħadd, il-ħinijiet kollha tal-ġurnata huma meqjusta bħala off-peak u tapplika r-rata fissa ta’ €0.1298. Il-konsum fil-ħinijiet on-peak jitħallas skont il-faxxa tal-konsum tar-residenza.

Mal-istallazzjoni tal-meter tal-EV se jkun hemm ukoll apparat li bih il-klijent b’sempliċi switch jista’ jipprogramma x’ħin il-karozza tiġi ċċarġjata biex igawdi mit-tariffi vantaġġużi.

Dawk interessati jkollhom dan is-servizz jistgħu japplikaw għalih mill-formola EV fuq is-sit tal-ARMS.