Taħlita ta’ sorsi ta’ l-enerġija fornuta minn Enemalta plc. fl- 2021
Il-‘Fuel Mix’ hija it-taħlita tal-fjuwils jew sorsi ta’ enerġija differenti li Enemalta plc. tuża biex tipprovdi l-elettriku lill-klijenti tagħha. It-taħlita tal-fjuwil għall-enerġija distribwita minn Enemalta plc. lill-klijenti Maltin għas-sena 2021, skont ir-regolament 5(a) ta’ l-ewwel skeda tar-regolamenti tas-suq tal-elettriku (S.L. 545.34), tidher fir-rappreżentazzjoni grafika u fit-tabella t’hawn taħt. Inkluż f’din it-tabella hemm ukoll ‘ic-CO2 emission factor’ li jikkorrispondi ma’ din it-taħlita tal-fjuwil, skont ir-regolament 5(b) ta’ l-ewwel skeda tar-regolamenti tas-suq tal-elettriku (S.L.545.34). Għal aktar informazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-provvista tal-elettriku tiegħek, jekk jogħġbok żur is-sit www.enemalta.com.mt jew ċempel fuq 80072224. Enemalta plc. tgħamel mil-aħjar biex iżżomm taħlita sigura ta’ sorsi tal-enerġija biex tiżgura forniment affidabbli tas-servizz tal-elettriku, filwaqt li tissodisfa l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.
Taħlita tal-fjuwil għall-enerġija distribwita minn Enemalta plc. lill-konsumaturi tagħha skont ir-regolament 5(a) ta’ l-ewwel skeda tar-regolamenti tas-suq tal-elettriku (S.L. 545.34)
Sorsi Primarji: | 2019 | 2020 |
---|---|---|
▪ Gass Naturali | 73.80% | 70.64% |
▪ Sorsi Rinovabbli | 6.71% | 6.87% |
▪ Prodotti Petroliferi | 2.14% | 1.64% |
▪ Interconnector* | 17.35% | 20.85% |
* Sorsi tal-Interconnector: | 2019 | 2020 |
---|---|---|
▪ Gass Naturali | 54.43% | 63.61% |
▪ Sorsi Rinovabbli | 10.23% | 10.81% |
▪ Faħam | 17.94% | 12.94% |
▪ Prodotti Petroliferi | 3.87% | 4.43% |
▪ Enerġija nukleari | 11.42% | 6.42% |
▪ Sorsi oħrajn | 2.11% | 1.79% |
L-Impatt ambjentali ta’ l-elettriku distribwit minn Enemalta plc. lill-konsumaturi tagħha skont ir-regolament 5(b) ta’ l-ewwel skeda tas-suq tal-elettriku (S.L. 545.34)
2019 | 2020 | |
---|---|---|
▪Fattur ta’ emmisjonijiet ta’ CO2 | 414 g/kWh | 388 g/kWh |
Għal aktar informazzjoni fuq l-impatt ambjentali ta’ l-elettriku fornut jekk jogħġbok żur is-sit www.enemalta.com.mt jew ċempel fuq 8000 2224 .