Tqegħid ta’ cables ġodda fir-Rabat u Imtarfa

06.01.2024

Għaddejjin bix-xogħlijiet biex inqiegħdu cables tal-elettriku ġodda taħt l-art bejn ir-Rabat u l-Imtarfa, fi Triq Għajn Qajjet u Triq il-Maltin Internati u Eżiljati (il-Bypass tal-Imtarfa).

B’dan l-investiment qed inkomplu nsaħħu s-servizzi tal-elettriku lill-klijenti fl-Imtarfa, r-Rabat, ĦadDingli u l-inħawi.

Iż-żewġ toroq jinsabu miftuħa fiż-żewġ direzzjonijiet waqt dawn ix-xogħlijiet.