Tisħiħ fil-provvista tal-elettriku f’Ta Qali

03.04.2024

F’Ta Qali qed inqiegħdu cables ġodda tal-11-il kilovolt sabiex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fil-lokalitajiet tal-madwar.

Dan il-proġett huwa biss parti żgħira mill-ħidma li għaddejja f’għadd ta’ lokalitajiet madwar il-pajjiż.