Transformer ġdid f’ Ħaż Żebbuġ

25.03.2024

Bħala parti mill-pjan tal-Enemalta, għat-titjib fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, qed inkomplu xogħolijiet ta’ tisħiħ ta’ l-enerġija madwar Malta u Għawdex.

Transformer ġdid u akbar, ġie nstallat f’ substation f’Ħaż Żebbuġ, biex b’hekk inkomplu nsaħħu s-servizzi tal-elettriku għall-klijenti tagħna f’dawn l-inħawi.