Cables ġodda għal servizz aħjar f’Buġibba

 

04.08.2023

F’Buġibba għaddej ix-xogħol biex jitqabbad mad-900 metru ta’ ċable ġdid taħt l-art, li jwassal il-provvista tal-elettriku mis-substations għal għand il-konsumaturi .

Dan ix-xogħol se jgħin biex il-klijenti tal-Enemalta, kemm residenzi kif ukoll għadd ta’ ħwienet żgħar bħal ħwienet tal-merċa f’din iż-żona, ikollhom provvista tal-elettriku aktar stabbli .

Grazzi lill-ħaddiema tagħna għall-ħidma kontinwa.