7 snin ilu intfiet għall-aħħar darba it-turbina Parsons

16.02.2022

Seba’ (7) snin ilu, fil-15 ta’ Frar 2015, intfiet għall-aħħar darba t-Turbina CA Parsons l-uniku waħda tal-għamla tagħha li kellha l-Enemalta.

Din l-isteam turbine kienet bdiet taħdem fil-Power Station tal-Marsa fl-1987 u kienet l-aktar turbina b’kapaċità li l-Enemalta kellha sa dak iż-żmien

Il-Parsons turbine kellha kapaċità ta’ 60MW, id-doppju tal-isteam turbines li kien hemm dak iż-żmien fil-Power Station tal-Marsa.

L-Enemalta fl-istorja tagħha użat turbini ta’ diversi kumpaniji magħrufa fil-qasam tal-inġinerija elettrika fosthom tal-kumpaniji General Electric, Westinghouse u ta’ Franco Tosi Meccanica.

It-turbina CA Parsons iġġib l-isem tal-inventur tal-isteam turbines Charles Parsons li fl-1884 żviluppa din it-teknoloġija li ġabet bidla kbira fil-ġenerazzjoni tal-elettriku.