Tisħiħ fil-provvista tal-elettriku għar-residenti tal-Mellieħa

25.09.2023

Fil-Mellieħa il-ħaddiema qed iqabbdu il-1.8km ta’ cables li tpoġġew fi Triq il-Palma u Triq Għajn Żejtuna mas-substation u ma’ feeder pillars ġodda, biex ir-residenti jgawdu minn infrastruttura ġdida.

Dan ix-xogħol ta’ tisħiħ talab studju speċifiku biex titjieb il-provvista tal-elettriku f’din iż-żona bl-aħjar mod. Tħaffru t-trinek ġew installati feeder pillars ġodda u tpoġġew il-cables.

Dan il-proġett huwa parti żgħira minn għadd ta’ proġetti ta’ rinfurzar li għaddejjin madwar il-pajjiż, sabiex inkomplu nsaħħu s-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku.