Tournament suċċess

14.10.2022

Atmosfera sabiħa fi spirtu sportiv irrenjat fl-ewwel tournament tal-football li qatt sar bejn timijiet tal-ħaddiema tal-Enemalta.

Fil-partiti 5-a-side li saru l-Ħamis 13 ta’ Ottubru 2022 fi ground f’Ħ’Attard ħadu sehem sitt timijiet magħmula minn ħaddiema fid-dipartimenti tal-ICT, tal-Manutenzjoni, tad-Distrett, tal-Energiva, tal-Maniġment u tar-Regulatory Affairs.

Wara partita kumbattuta li ġiet deċiża fil-ħin barrani, t-tournament intrebaħ mit-tim tad-Distrett fil-finali mat-tim tal-ICT. It-tim mit-taqsima tal-Manutenzjoni kklassifika fit-tielet post.

It-tournament ser iservi wkoll biex jintgħażel it-tim tal-Enemalta li ser jieħu sehem fil-league tal-Malta Employees Sports Association.