Kif jgħaddi żmien: Ara kif kienet il-control room tal-Marsa

11.02.2022

Qabel l-era diġitali, din kienet il-control room tal-Enemalta.

Minn dan l-apparat goff mimli nsrumenti kienu jiġu kkontrollati kemm il-magni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku kif ukoll il-feeders tas-sistema ta’ distribuzzjoni li kienu joħorġu mill-Power Station tal-Marsa.

Din bdiet topera fl-1966 mill-“B” Station tal-Marsa.

Illum l-Enemalta għandha żewġ control rooms bl-aħħar teknoloġija.

Minn Network Control Room fil-bini amministrattiv tal-Enemalta fil-Marsa tiġi kkontrollata s-sistema tad-distribuzzjoni filwaqt li mis-Central Control Room f’Delimara, t-tekniċi tal-Enemalta iħaddmu l-pjan biex jintużaw is-sorsi differenti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku.