NAGĦTU L-ENERĠIJA LILL-IDEAT TIEGĦEK
Imwaqqfa fl-1977, Enemalta hija l-fornitur ewlieni tas-servizzi tal-elettriku fil-Gżejjer Maltin. Il-kumpanija tieħu ħsieb id-distribuzzjoni tal-elettriku, kif ukoll l-iżvilupp tan-network nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
ĦARSA LURA LEJN L-1882
L-istorja tal-elettriku
L-elettriku kien introdott f’Malta lejn l-aħħar tad-dsatax-il seklu. Minn dak iż-żmien, żviluppajna u progressajna billi kkummissjonajna diversi stazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku u qegħdin kontinwament nestendu n-network tad-distribuzzjoni sabiex inlaħħqu mad-domanda għall-enerġija elettrika tal-pajjiż li kull ma tmur dejjem tiżdied.
AĦBARIJIET
L-aħħar aġġornamenti mill-kumpanija tagħna
Aqra fuq l-aħħar żviluppi tas-servizzi tagħna. Għal iktar aġġornamenti żur il-paġna tagħna ta’ Facebook.
SERVIZZI
Iċ-Charter tagħna għall-klijenti
Iċ-Charter għall-klijenti tagħna jispjega t-termini u l-kundizzjonijiet tas-servizzi tagħna, fosthom l-impenji u r-responsabilitajiet tagħna lejk bħala l-klijent tagħna, l-obbligi korrispondenti tiegħek lejn il-Kumpanija tiegħek, kif ukoll id-dettalji dwar l-għajnuna li nipprovdulek meta l-affarijiet imorru ħażin.