Klaus Paul Camilleri, Manager Integrated Solutions

“Bdejt naħdem mal-Enemalta ta’ dsatax-il sena bħala apprentist fl-ewwel sena tal-kors ?‍?. Illum inservi bħala Manager tat-tim li jiżviluppa sistemi kompjuterizzati ?️ li jgħinu fl-operat tal-Enemalta ?. Bħala tim tista’ tgħid li hawn atmosfera ta’ familja.

Meta taħdem f’kumpanija li tipprovdi servizz essenzjali?tħoss responsabbiltà kbira. F’dawn is-snin ħdimt fuq diversi proġetti b’teknoloġiji varji ma’ kumpaniji internazzjonali kbar.

 

L-ikbar kisba seħħet fl-2021, meta wara sena u nofs ta’ ħidma, minkejja li ħabbatna wiċċna mad-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija, it-tim tal-IT tal-Enemalta nieda l-progett tal-Paperless ?. B’hekk l-Enemalta m’għadhiex tiftaħ files fiżiċi ?️ iżda permezz ta’ proġett tat-tim, dawn qegħdin jinfetħu fuq portal diġitali ?.” – Klaus Paul Camilleri, Manager Integrated Solutions