Żieda ta’ cables ġodda f’Bormla

19.12.2023

F’Bormla qed inżidu kilometru ta’ cables ta’ 11-il kilovolt ġodda taħt l-art biex inkomplu nsaħħu s-servizzi tal-elettriku lill-klijenti f’dawn l-inħawi.

Bdejna x-xogħol fi Triq San Nikola, qrib l-iskola tal-Verdala.

Filwaqt li t-triq ser tibqa’ miftuħa, qed naħdmu biex inlestu dawn ix-xogħlijiet mill-aktar fis.

Grazzi tal-koperazzjoni.