Xogħolijiet ta’ cables ġodda

22.01.2024

Qed inkomplu nsaħħu n-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-inħawi taż-Żurrieq b’aktar cables ġodda.

Ix-xogħol qed isir fi Triq Ħal Far (it-triq rurali bejn iż-Żurrieq u Ħal Far) biex inkomplu nżidu l-affidabilità tas-servizzi tagħna.

Dan huwa proġett ieħor fit-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż.