Tqegħid ta’ cables ġodda

02.02.2024

Xogħlijiet biex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fil-Mosta u l-inħawi qed jitkomplew.

Bħala parti minn proġett estensiv ta’ rinfurzar, qed jitqegħdu cables ġodda ta’ madwar 11-il kilovolt biex jipprovdu l-elettriku lil din iż-żona.

L-impjegati tagħna qed jagħmlu l-almu tagħhom biex ilestu dan it-tisħiħ tan-network malajr kemm jista’ jkun.