Tqegħid ta’ cables ġodda fis-Siġġiewi

27.10.2023

Fis-Siġġewi qed jitpoġġew madwar 4km ta’ cable oħra bħala parti minn proġett estensiv ta’ rinfurzar fuq livell t’11kV f’din iż-żona.

Permezz ta’ dawn il-cables ġodda niksbu konnessjonijiet alternattivi li jippermettu li f’każ ta’ diffikultajiet f’konnessjonijiet eżistenti, il-provvista tkun tista’ tingħata lura lill-klijenti minn konnessjonijiet alternattivi f’inqas ħin.