<h4 style=”text-align: center; font-size: 33px; line-height: 50px;”>Tlesta x-xogħol fuq cable fil-Ħamrun</h4>
<p style=”text-align: right;”>24.11.2023</p>

Fil-Ħamrun tlesta x-xogħol fuq cable ġdid li tpoġġa taħt l-art mis-substation tal-Pjazza ta’ San Pawl, mgħarufa bħala ta’ Fra Diego, għal għand il-konsumaturi.

Permezz ta’ dan l-investiment, is-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx f’din iż-żona ġiet imsaħħa.

Riċentament tlestew proġetti simili f’Baħar iċ-Ċagħaq, Swieqi, Buġibba, Birżebbuġa u Santa Luċija.