Titjib fis-sistema ta’ Switching fiċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni tal-Mosta

08.03.2023

It-tim tal-Manutenzjoni taċ-Ċentri ta’ Distribuzzjoni, flimkien ma’ ħaddiema tal-kumpanija Schneider għamlu titjib tas-sistema ta’ switching fiċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni tal-Mosta

Permezz ta’ dan l-iżvilupp t-tagħmir ta’ kontroll ta’ switchgear f’dan iċ-ċentru qed jinbidel għal wieħed aktar modern, li ser jagħmilha possibbli li:

Is-switchgear ikun jista’ jiġi kkontrollat kompletament mill-Control room tal-Marsa

F’każ ta’ ħsara, l-apparat innifsu jiġbor id-dettalji kollha relatata mal-ħsara.