Tisħih ta’ servizzi u bini mil ġdid ta toroq

22.03.2024

Se nibdew il-bini mill-ġdid ta’ Triq Pantar u Triq Ta’ Torba, bejn il-Mosta uĦal Lija/Ħ’Attard.

Din ser tkun magħmula b’sistema ġdida għall-ilma tax-xita, servizzi ta’ dawl u telekomunikazzjoni minn taħt l-art, konnessjonijiet ġodda tal-ilma, titjib tas-sistema ta’ dawl tat-triq u wiċċ t’asflat ġdid fuq pedamenti iktar b’saħħithom.

Min nhar it-Tlieta, 26 ta’ Marzu 2024, mit-8 ta’ filgħaxija l-quddiem, Triq Pantar se tkun magħluqa, sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Triq Ta’ Torba se tibqa’ miftuħa f’direzzjoni waħda, mil-Mosta lejn Ħal Lija/Ħ’Attard.

Jekk jogħġbok ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel u uża rotta alternattiva minn Triq Durumblat jew Triq Il-Mitħna, Mosta.

Grazzi tal-koperazzjoni

Mappa: https://bit.ly/PantarRoadMar24