Tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni fil-Mosta

10.10.2023

Fil-Mosta, fi Triq il-Kostituzzjoni tqiegħdu 470m ta’ cable ta’ vultaġġ baxx li ser isaħħu s-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku għal għadd ta’ familji u negozji fl-akwati.

It-timijiet tekniċi tagħna għaddejjin bil-ħidma neċessarja biex dawn jitqabbdu mal-linji tad-dawl.

L-Enemalta għaddejja bi proġetti simili f’għadd ta’ lokalitajiet fosthom fil-Gudja, iż-Żebbiegħ u s-Swieqi.