Tibdil ta’ cables f’Ħaż Żabbar

16.10.2023

Residenti Żabbarin fi Triq is-Santwarju, Triq Bajada u t-toroq tal-madwar qed igawdu minn infrastruttura aktar moderna hekk kif timijiet tekniċi tagħna biddlu għadd ta’ cables ta’ vultaġġ baxx.

Dan huwa biss parti mill-għadd ta’ proġetti li l-Enemalta għandha għaddejjin madwar il-pajjiż sabiex insaħħu s-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku tagħna.