Tħejjijiet għaċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni ġdid fin-Naxxar

11.08.2023

Għaddejjin bit-tħejjijiet għaċ-ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid fin-Naxxar.
Fil-Mosta, għaddejna 6️00 metru cables ta’ 33 kilovolt bħala parti mill-konnessjonijiet li se jgħaqqdu ċ-ċentru l-ġdid fin-Naxxar maċ-ċentru ta’ distribuzzjoni fil-Mosta. Aktar kmieni din is-sena, għaddejna kilometru ieħor ta’ cable bħala parti minn dawn il-konnessjonijiet importanti.
Dawn il-konnessjonijiet, flimkien maċ-ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid fin-Naxxar, ser iżidu l-flessibilta u r-reżiljenza tan-network biex inkomplu ntejbu s-servizzi tagħna fiċ-Ċentru ta’ Malta.