Study tour għal studenti Ġermanizi f’Delimara Power Station

06.10.2022

Il-Power Station ta’ Delimara u l-faċilitajiet tagħna hemmhekk servew ta’ sfond għal study tour għal grupp ta’ studenti mill-Università Johann-Wolfgang ta’ Frankfurt fil-Ġermanja.

Wara ż-żjara, l-istudenti universitarji wrew l-apprezzament tagħhom għal din l-esperjenza edukattiva u l-opportunita’ li jiskopru s-sistema tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku f’Malta.

Huma kellhom kliem ta’ tifħir għal mod infurmat u kompetenti li l-inġiniera tagħna wieġbu għad-domandi tagħhom. Żiedu jgħid li din iż-żjara kellha valur kbir fil-proċess edukattiv tagħhom.