Studenti tekniċi jżuru ċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni tax-Xewkija

08.03.2022

L-Enemalta tiftaħ il-faċilitajiet tagħha għal żjajjar edukattivi għall-istudenti tal-MCAST.

Grupp ta’ studenti tal-MCAST t’Għawdex flimkien mal-lectures Għawdxin u oħrajn mill-Iżvezja, li kienu Malta bħala parti mill-programm ERASMUS+, żaru ċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni fix-Xewkija.

L-Inġinier Josef Micallef spjegalhom kif dan iċ-ċentru huwa ħolqa mportanti fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku għal Għawdex.

Fi tmiem iż-żjara, Dr Christian Zammit f’isem l-MCAST, stqarr is-siwi t’okkażjoni bħal din li sservi biex tħajjar lill-istudenti jfittxu karriera t’electricians u kif l-Enemalta toffri l-aqwa opportunitajiet f’dan il-qasam.