Studenti tal-inġinerija elettrika jaraw x’tagħmel l-Enemalta

27.02.2023

Grupp t’Inġiniera prospettivi mill-Universita’ ta’ Malta żaru s-central control room, ċentru ta’ distribuzzjoni kif ukoll l-impjanti ta’ Delimara.

F’din iż-żjara dawn l-istudenti universitarji fehemu aħjar il-proċess kumpless li bih jiġi d-dawl, filwaqt li raw l-opportunitajiet li noffru f’dan il-qasam.

Dawn iż-żjarat qed jiġu organizzati bħala parti mill-inizzjattivi li joħorġu mill-Memorandum of Understanding li hemm bejn il-Fakulta tal-Inġinerija fi ħdan l-Universita ta’ Malta u l-Enemalta.