Manutenzjoni estensiva fuq Cup Screen f’Delimara

09.03.2023

It-tim tal-manutenzjoni tal-International Energy Service Centre bħalissa qegħdin jagħmlu manutenzjoni maġġuri fuq waħda mill-cup screens li jservu bħala passaturi kbar għall-ilma baħar li jintuża biex ikessaħ il-makkinarju fil-Power Station ta’ Delimara. 

Il-cup screens, li fihom m’ogħla żewġ sulari, jiffiltraw l-ilma baħar minn ħlejjaq tal-baħar u oġġetti bħal plastik li jispiċċaw fil-baħar. Mingħajr dawn il-cup screens tista’ ssir ħafna ħsara fl-impjanti li jiġġeneraw l-elettriku