L-Enemalta tieħu ħsieb is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

16.06.2022

L-Enemalta hija meqjusa bħala mudell għall-kumpaniji oħra fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta’ tal-ħaddiema tagħha.

Il-ħaddiema tal-Enemalta li jgħoddu qrib is-600, jaħdmu f’bosta ambjenti tax-xogħol li joffri riskji partikulari għas-saħħa u s-sigurta’ tagħhom.

L-elettriku stess jista’ jkun perikoluż jekk ix-xogħol fuq il-cables u l-linji u fuq is-sistema tad-distribuzzjoni ma jsirx bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa. ​​​

L-użu ta’ żjut u kimiċi fit-transformers, xogħol fil-għoli bis-slielem u cherry pickers u xogħol iehor fil-mini u fi spazji ristretti fost oħrajn joffru sfida kontinwa għas-saħħa u s-sigurta’ tal-ħaddiema tagħna.

B’investiment fl-apparat ta’ protezzjoni, bl-edukazzjoni tal-ħaddiema u bl-infurzar, l-Enemalta irnexxielha tindirizza dawn ir-riskji u naqset b’mod notevoli l-korrimenti fuq il-lantijiet tax-xogħol.