L-Enemalta mudell fil-qasam tal-ugwaljanza

24.05.2022

L-Enemalta żammet il-pożizzjoni tagħha bħala waħda mill-kumpaniji li tħaddem policies t’ugwaljanza bejn is-sessi. Il-kumpanija reġgħet ingħatat iċ-ċertifikat prestiġjuż tal-Equality Mark.

Dan iċ-ċertifikat jingħata mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Promozzjoni tal-Ugwaljanza  għal perjodu ta’ 3️ snin wara li l-uffiċjali tal-Kummissjoni jagħmlu evalwazzjoni dettaljata tat-tħaddim tal-policies tal-kumpanija mid-dipartiment tar-Riżorsi Umani.​​​​​​​

L-Equality Mark hija ċertifikazzjoni prestiġġjuża li tinghata lill-kumpaniji li jagħtu valur kbir l-ugwaljanza u jipprovmu l-progess tal-karriera tal-impjegati tagħhom irrispettivament mis-sess tal-impjegati tagħhom.

L-evalwazzjoni tqies fost affarijiet ohra l-policies u inizjattivi, l-ingaġġ, l-ugwaljanza fl-opportunitajiet ta’ progress u żvilupp individwali tal-karriera tal-impjegati u ħlas ta’ salarji indaqs bejn is-sessi. Din kienet ir-raba darba li l-Enemalta ngħatat dan ir-rikonoxximent.