Dawl ġdid għal żewġ toroq ewlenin fil-Mosta

04.04.2022

Ix-xogħol fuq id-dawl ta’ Vjal Ragusa u Triq il-Fortizza fil-Mosta li jkopri distanza ta’ madwar 1.6km, għaddej b’rittmu mgħaġġel.

Dan il-proġett jinkludi tibdil ta’ lampi eżistenti fl-istess triq għal LED u l-installazzjoni ta’ madwar 70 lampa ġdida fuq brackets u arbli.

Ix-xogħol mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Dan il-proġett se jagħmel dawn it-toroq iktar siguri kemm għas-sewwieqa, għall-atleti kif ukoll għar-residenti.