Ikkuntattja lit-tim tagħna li jipprovdi assistenza għall-klijenti 2018-10-19T08:30:54+00:00

Ikkuntattja lit-tim tagħna li jipprovdi assistenza għall-klijenti

Inħeġġuk tagħmel kuntatt mat-tim ta’ Enemalta li jipprovdi assistenza għall-klijenti sabiex:

  • tirrapporta ħsarat
  • tirrapporta qtugħ fil-provvista tal-elettriku jew diffikultajiet tekniċi oħra fil-provvista tal-elettriku tiegħek;
  • titlob dettalji tekniċi dwar is-servizzi tal-elettriku tagħna;
  • tgħarrafna dwar ħsarat fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-elettriku tagħna, fosthom il-linji ta’ barra, il-cables ta’ taħt l-art, l-arbli tad-dawl, substations u apparat ieħor relatat;
  • tirrapporta irregolarità bħal serq tal-elettriku jew konnessjoni illegali mas-sistema tal-elettriku;
  • tagħti suġġerimenti għal titjib u għal servizzi ġodda;
  • tressaq ilment;

24/7 Helpline:
8007 2224

It-tim tagħna huwa disponibbli l-ħin kollu fil-jiem kollha tas-sena, fosthom ukoll fil-btajjel pubbliċi. Aħna dejjem lesti li nipprovduk b’assistenza għal kull tip ta’ emerġenza teknika. F’ċerti każijiet, ikun jeħtieġ li nerġgħu nikkuntattjawk lura waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju sabiex ngħaddulek iktar għajnuna jew tagħrif.

Aħna dejjem nippruvaw inwieġbuk malajr kemm jista’ jkun. Madankollu, waqt diffikultajiet bħal f’interruzzjonijiet mhux mistennija fin-network jew f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, il-linji tagħna ġeneralment ikunu iktar okkupati mis-soltu. Għaldaqstant, sfortunatament jista’ jkun li ndumu daqsxejn iktar biex inwieġbu t-telefonata tiegħek.

Waqt li tkun qed tistenna fuq il-linja, nistgħu ngħaddulek messaġġi irreġistrati sabiex ngħarrfuk biż-żoni affettwati b’interruzzjonijiet fin-network, kif ukoll bil-ħin li l-provvista mistennija terga’ tiġi lura. Jekk taħseb li s-servizz huwa fiż-żoni msemmija, nitolbuk ġentilment taqta’ sabiex il-linji jinżammu liberi għal klijenti li jixtiequ jirrapportaw emerġenzi oħra li aħna ma nkunux nafu bihom.

Waqt kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, nitolbuk ġentilment tibgħatilna email bil-mistoqsijiet tiegħek jew rapport tal-ħsarat illi m’humiex jaffettwaw il-provvista jew jheddu s-sigurtà tal-pubbliku. Dan sabiex il-linji tat-telefon jinżammu liberi għal klijenti li jeħtieġu għajnuna urġenti.

Indirizz elettroniku (email)

customercare.em@enemalta.com.mt
Permezz ta’ email tista’ tibgħatilna kwalunkwe mistoqsija jew kull xorta ta’ talba għall-assistenza illi ma tirrikjedix attenzjoni urġenti. Nagħmlu l-almu tagħna sabiex nikkuntattjawk lura malajr kemm jista’ jkun għal kull problema fi żmien sebat ijiem. Tirċievi tweġiba proviżorja jekk ikun hemm bżonn ta’ iktar żmien għall-assistenza mitluba.

Kemm-il darba jkollok talbiet urġenti għall-assistenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ interruzzjonijiet fil-provvista, kwistjonijet ta’ sigurtà jew sitwazzjonijiet oħra ta’ emerġenza, inti mitlub tikkuntattjana mhux permezz ta’ email, iżda fuq in-numru ta’ assistenza 24 siegħa kuljum.

Iktbilna fuq
Enemalta plc customer care,
Central Administration Building,
Church Wharf,
Marsa
MRS1571

Tista’ tibgħatilna l-ilmenti jew suġġerimenti bil-posta. Jekk tixtieq tibgħatilna ittra, nirrakomandaw illi tinkludi wkoll in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tiegħek sabiex inkunu nistgħu ngħinuk bi tweġiba iktar mgħaġġla. Aħna nżommu l-impenn li nweġbuk mill-iktar fis possibli, għal kull problema, fi żmien sebat ijiem. Tirċievi tweġiba proviżorja jekk ikun hemm bżonn ta’ iktar żmien għall-assistenza mitluba.

L-uffiċċju tagħna

Inkella, tista’ wkoll tiltaqa’ mat-tim tagħna li jipprovdi assistenza għall-klijenti billi żżurna fuq l-indirizz imsemmi hawn fuq fil-ħinijiet indikati. Inwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek kif ukoll niggwidawk sabiex tikseb is-servizzi jew l-assistenza li teħtieġ.

Ħinijiet tal-uffiċċju:   Mit-Tnejn sal-Ġimgħa    08:00 – 12:00    13.00-15.00
  Mit-Tnejn sal-Ġimgħa    08:00 – 12:00   (fis-sajf)

 

 

Il-midja soċjali  
Agħfas hawn sabiex iżżur il-paġna tagħna ta’ Facebook, fejn tista’ wkoll tikkuntattjana permezz ta’ messaġġ privat.

Biex tirrapporta xi irregolaritajiet  
Tista’ tutilizza l-formula li hemm fis-sit elettroniku tagħna biex b’ mod anonimu tirrapporta irregolaritajiet bħal serq tal-elettriku.

Formula sabiex tikkuntattjana  
Utilizza din il-formula sabiex tibgħatilna mistoqsijiet dwar is-servizzi tagħna u kif ukoll dwar dan is-sit elettroniku.

Agħfas hawn sabiex tirrapporta qtugħ fil-provvista tal-elettriku jew hawn biex tirrapporta diffikultajiet tekniċi oħra.

Tista’ wkoll tutilizza din il-formula sabiex b’mod anonimu tirrapporta serq tal-elettriku jew kull tip ta’ irregolaritajiet oħra marbutin mas-servizzi tagħna.