L-impenn tal-marka tagħna

Għal għexieren ta’ snin, l-inġiniera u t-tekniċi tagħna żviluppaw, ħaddmu u ottimizzaw is-sistemi ta’ ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku tal-Gżejjer Maltin, u b’hekk enerġizzaw l-iżvilupp industrijali, kummerċjali u soċjali tal-pajjiż. Il-Kumpanija tagħna kienet fuq quddiem nett tal-iżviluppi prinċipali kollha ta’ intensità enerġetika matul is-snin, fejn addattat u tejbet kontinwament in-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku biex tissodisfa l-esiġenzi enerġetiċi dejjem jinbidlu tal-klijenti tagħna.

Wara bosta talbiet minn imprendituri lokali u internazzjonali ewlenin, issa qegħdin noffru l-għarfien espert tat-timijiet ta’ ġestjoni tal-proġett u tal-power engineering tagħna għall-iżvilupp u l-appoġġ ta’ proġetti u investimenti kummerċjali ta’ vultaġġ baxx, medju u għoli wara l-meter minn negozji lokali u internazzjonali oħra.

Il-vantaġġ tagħna fis-servizzi ta’ vultaġġ baxx, medju u għoli huwa l-kwalità għolja tas-servizzi tekniċi u l-għajnuna ta’ wara l-bejgħ li aħna noffru lill-klijenti tagħna. Aħna nimpjegaw direttament tim ta’ tekniċi u inġiniera kwalifikati ħafna, li jaħdmu 24 siegħa kuljum sabiex jipprovdu għajnuna immedjata lill-klijenti tagħna. Dan jiggarantixxi rispons rapidu f’każ ta’ emerġenzi f’impjant tiegħek, li jikkontribwixxi sabiex jitnaqqas id-dewmien tal-perjodi ta’ qtugħ u tat-telf li jiswa l-flus fil-ħin ta’ produzzjoni u servizz.

Aħna nistgħu noffru din l-għajnuna immedjata, kif ukoll għażla estensiva ta’ materjal u tagħmir li huwa disponibbli fl-imħażen tagħna, minn affarijiet bażiċi sa kejbils ta’ vultaġġ għoli u baxx, transformers, switchgear u tagħmir ieħor relatat. Aħna nassiguraw li jkollha livelli suffiċjenti ta’ ħażniet sabiex nirrispondu għat-talbiet għall-għajnuna tal-klijenti tagħna b’mod effiċjenti u fil-ħin.

Il-missjoni tagħna hija li noffrulek sistemi ta’ power engineering affidabbli u appoġġ espert kontinwu sabiex tenerġizza s-suċċess tan-negozju tiegħek.