Att dwar il-libertà tal-informazzjoni

L-Att XVI tal-2008 jagħmel referenza għall-Att dwar il-libertà tal-informazzjoni. Din il-leġislazzjoni tistabilixxi dritt għal informazzjoni fil-pussess ta’ awtoritajiet pubbliċi sabiex jippromwovu iktar trasparenza u responsabilità, taħt numru ta’ kundizzjonijiet u esklużjonijiet.

Tista’ tissottometti talbiet skont l-Att dwar il-libertà tal-informazzjoni permezz tas-sit elettroniku www.foi.gov.mt jew billi tibgħatilna email fuq [email protected].

Aħna neżiminaw it-talba tiegħek u nwieġbuk lura fi żmien għoxrin ġurnata jekk din ġietx aċċettata jew le. Nistgħu ninfurmak ukoll illi se nestendu l-perjodu taż-żmien sabiex nikkonsultaw partijiet terzi jew sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.

Jekk it-talba tiġi rrifjutata, jew kemm-il darba m’intix sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta lilek, inti tista’ tressaq ilment permezz tas-sit elettroniku www.foi.gov.mt jew permezz ta’ email fuq [email protected]. Jekk id-diffikultà tiegħek ma tiġix solvuta kif tixtieq inti, l-Att dwar il-libertà tal-informazzjoni jagħtik ukoll is-setgħa li ttalla’ t-talba tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.