Category: Avviż dwar il-privatezza – Elettriku

Irrispettivament minn kif inkunu ġbarna l-informazzjoni personali tiegħek, nipproċessaw tali informazzjoni għal finijiet ta’ provvista tas-servizz tal-elettriku u għal iskopijiet li huma relatati ma’ dan is-servizz, li jinkludu kull obbligazzjoni legali imposta fuqna.

Ġeneralment, waqt li nkunu qegħdin nipprovdulek is‑servizz, id‑data personali tiegħek tiġi pproċessata għal dan li ġej:

  • Investigazzjoni dwar ħsarat u tiswijiet,
  • Spezzjonijiet,
  • Titjib/aġġornamenti tas‑servizz ipprovdut,
  • Kontijiet,
  • Talbiet għas‑servizz temporanju,
  • Notifiki dwar interruzzjonijiet,
  • Investigazzjoni għat‑talba għad‑danni,
  • Investigazzjoni dwar serq u frodi