Category: Avviż dwar il-privatezza – Elettriku

Id‑data personali tal‑konsumaturi li ġeneralment niġbru u nipproċessaw tinkludi:

  • Isem,
  • Kunjom,
  • Numru tal‑Karta tal‑Identità/numru tal‑Passaport u n-numru tad-dokument assoċjat (dan id-dokument jintuża biex tiġi vverifikata l-identità tal-individwu: (i) fl-uffiċċji tagħna jintalab id-dokument oriġinali meta tiġi sottomessa applikazzjoni jew talba għal informazzjoni; jew (ii) f’każ ta’ email/posta, tintalab li tiġi sottomessa kopja ma’ applikazzjoni jew talba għal informazzjoni, liema kopja tad-dokument tiġi mħassra wara li ssir il-verifika neċessarja),
  • Indirizz,
  • Numru ta’ kuntatt,
  • Indirizz elettroniku,
  • Qari tal‑arloġġ (meter),
  • Data fuq il-pożizzjonament tal-meter,
  • Informazzjoni dwar kontijiet,
  • Dettalji dwar il-vettura elettrika li jinsabu fiċ-ċertifikat maħruġ minn Transport Malta, li jinkludu n-numru u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vettura, fejn applikabbli,
  • Numru tal‑kont u tal‑meter.

Jista’ jagħti każ li tinġabar aktar informazzjoni għal sitwazzjonijiet speċifiċi.

Tinġabar ukoll data personali ta’ persuni li joqogħdu fl‑istess residenza/binja, persuni li jistgħu jipprovdu aċċess għar‑residenza/binja u persuni li jispezzjonaw u/jew jiċċertifikaw l‑installazzjonijiet tal-elettriku.