Category: Avviż dwar il-privatezza – Ilma u Elettriku

Bħala entitajiet li nipprovdu servizzi tal-elettriku u tal‑ilma, aħna regolarment niġbru data personali abbażi tas‑servizzi tagħna u l‑obbligi legali tagħna.

Tipikament, niġbru data personali:

  • Minn formoli mimlija u mibgħuta lil kull waħda mit‑tliet entitajiet,
  • Mis‑siti elettroniċi tat‑tliet entitajiet,
  • Mis-social media tat-tliet entitajiet li juża’ l-individwu sabiex jikkomunika mal-entità rispettiva,
  • Mit‑telefonati/emails/żjarat li jidħlu fid‑Dipartiment tas‑Servizzi għall‑Konsumatur tat‑tliet entitajiet.

Ġeneralment, int tkun ipprovdejt id‑data personali tiegħek direttament lilna jew ġiet mgħoddija data personali tiegħek mingħand is‑sid tal‑kont jew permezz tal‑kumpanija ARMS Ltd. Inti wkoll mitlub ġentilment li tinfurmana kull meta jkun hemm tibdil fid-data personali tiegħek.