Category: Avviż dwar il-Privatezza għall-Viżitaturi

Aħna regolarment niġbru d-data personali bħala parti mill-obbligi legali tagħna u interessi ta’ sigurtà. Tipikament, meta int iżżur is-siti tagħna, aħna niġbru d-data personali tiegħek permezz ta’:

  • email ta’ notifika li mitluba tintbagħat minn qabel sabiex nawtorizzaw id-dħul tiegħek fis-siti tagħna u li tali informazzjoni tiġi rreġistrata fid-database għall-kontrolli tal-aċċess interna tagħna;
  • rekord tal-informazzjoni personali tiegħek fis-sistema għall-immaniġġjar tal-viżitaturi (li tiddaħħal mill-uffiċjal tas-sigurtà b’mod elettroniku fit-tablet jew manwalment fil-ktieb tal-viżitaturi sabiex titħalla tidħol fis-siti tagħna);
  • kwalunkwe rapport ta’ korriment/inċident li jistgħu jimtlew f’każ li jkun hemm inċident/korriment fi ħdan is-siti tal-Enemalta li jinvolvu direttament jew indirettament lilek;
  • sistema awtomatika ta’ rikonoxximent tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vettura għall-kontroll tal-aċċess tal-vetturi; u
  • filmati tas-CCTV f’numru ta’ żoni fis-siti tagħna.

Ġeneralment, int tkun tajt id-data personali tiegħek direttament lilna.

Jista’ jkun li d-data personali tiegħek tiġi pprovduta lilna minn terzi persuni li jinkludu l-kumpanija li għala qed toffri servizz/i fis-siti tagħna, min iħaddmek jew kollegi tiegħek, tipikament fl-email ta’ notifika meħtieġa sabiex titħalla tidħol fis-siti tagħna.