Taħlita ta’ sorsi ta’ l-enerġja fornuta minn Enemalta plc. fl-2018
Il-‘Fuel Mix’ hija t-taħlita ta’ fjuwils jew sorsi ta’ enerġija differenti li Enemalta plc. tuża biex tipprovdi l-elettriku lill-klijenti tagħha. It-taħlita tal-fjuwil għall-enerġija distribwita minn Enemalta plc. lill-klijenti Maltin għas-sena 2018, skont ir-regolament 8(6)(a) tar-regolamenti tas-suq tal-elettriku (S.L. 545.13), tidher fir-rappreżentazzjoni grafika u fit-tabella t’hawn taħt. Inkluż f’din it-tabella hemm ukoll ‘CO2 emission factor’ li jikkorrispondi ma’ din it-taħlita tal-fjuwil, skont ir-regolament 8(6)(b) tar-regolamenti tas-suq tal-elettriku (S.L.545.13). Għal aktar informazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-provvista tal-elettriku tiegħek, jekk jogħġbok żur is-sit www.enemalta.com.mt jew ċempel fuq 80002224. Enemalta plc. tagħmel mill-aħjar biex iżżomm taħlita sigura ta’ sorsi tal-enerġija biex tiżgura forniment affidabbli tas-servizz tal-elettriku, filwaqt li tissodisfa l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.
Taħlita ta’ fjuwil għall-enerġija distribwita minn Enemalta plc. lill-konsumaturi tagħha skont ir-regolament 8(6)(a) tar-regolamenti tas-suq tal-elettriku (S.L. 545.13) | |||
Primary sources: | 2017 | 2018 | |
▪ Gass Naturali | 51.3% | 67.5% | |
▪ Sorsi rinovabbli | 5.3% | 7.1% | |
▪ Prodotti petroliferi | 7.1% | 0.4% | |
▪ Interconnector* | 36.3% | 25.0% | |
Taħlita ta’ fjuwil għall-enerġija distribwita minn Enemalta plc. lil-konsumaturi taghha skont ir-regolament 8(6)(b) tar-regolamenti tas-suq tal-elettriku (S.L. 545.13) | |||
2017 | 2018 | ||
▪ Emmisjonijiet ta’ CO2 | 443 g/kWh | 383 g/kWh** | |
Għal aktar informazzjoni fuq l-impatt ambjentali ta’ l-elettriku fornut jekk jogħġbok żur is-sit www.enemalta.com.mt jew ċempel fuq 80002224 | |||
*Interconnector sources: | 2017 | 2018 | |
▪ Gass Naturali | 66.1% | 64.3% | |
▪ Sorsi rinovabbli | 2.2% | 4.0% | |
▪ Faħam | 20.9% | 20.0% | |
▪ Prodotti petroliferi | 1.1% | 0.9% | |
▪ Enerġija nukleari | 5.2% | 5.9% | |
▪ Sorsi oħrajn | 4.5% | 4.9% |