Programm regolari ta’ manutenzjoni fiċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni

31.10.2022

L-Inġiniera u t-tekniċi tagħna kull sentejn jagħmlu manutenzjoni preventiva fuq l-apparat fiċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni. Fuq medda ta’ ġimgħatejn dax-xogħol għadu kif sar fid-DC ta’ Buġibba. Waqt li sar dan, ittieħdu miżuri biex ġie evitat li jkun hemm sospensjoni tal-provvista tal-elettriku tal-konsumaturi.

F’dan l-eżerċizzju ta’ manutenzjoni jsiru sensiela ta’ testijiet fuq l-apparat waqt li issir manutenzjoni ġenerali fuq ic-circuit breakers u l-basbars fost oħrajn.

Biex jitnaqqas l-inkonvenjent tal-qtugħ ta’ dawl tal-klijenti, l-ħaddiema tagħna jużaw feeders alternattivi flok dawk li jkun meħtieġ li jintfew biex isir ix-xogħol.

B’hekk il-familji u negozji li jieħdu l-provvista tal-elettriku minn dan iċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni fl-ebda ħin waqt din il-manutenzjoni ma kellhom il-provvista tal-elettriku tagħhom interrotta.