L-Enemalta id f’id mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.

02.02.2023

L-Enemalta qegħda tagħti s-sehem tagħha biex tħajjar aktar studenti jagħmlu għażliet ta’ suġġetti tax-xjenza li jiswew għal karrieri tagħhom.

L-Inġiniera Gaynor Azzopardi għadu kif kellha sessjonijiet pro-attivi ma gruppi ta’ studenti bħala parti mill-inizjattiva Teen Science Cafe organizzat mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.

L-istudenti fi gruppi ta’ seba’ ikollhom l-opporunita’ li jiskopru kemm is-suġġetti tax-xjenza kapaċi jifthulhom bibien għal professjonijiet varji. Din is-sessjoni saret fin-Naxxar Middle School.

Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li nkunu parti minn din l-inizjattiva li tgħin lill-istudenti, jaqbdu l-linja tax-xjenza biex isiru ix-xjentisti ta’ għada.