Jaqbdu r-ritmu mgħaġġel il-proġetti ta’ rinfurzar

05.10.2022

Fi ftit ġimgħat oħra, eluf ta’ familji u negozji f’Birżebbuġa ser jaraw titjib fil-provvista tal-elettriku. Dan bis-saħħa ta’ proġett ta’ 160 elf ewro li bih qed jitpoġġew feeders ġodda li permezz tagħhom ser ikun hemm provvista tal-elettriku iktar stabbli.​​​​​​​

Bħala parti minn dal-proġett qed nagħmlu xogħol ta’ rinfurzar billi jitqiegħdu feeders ġodda taħt l-art fi Triq tal-Papa u Triq il-Girgħien.

Dan l-investiment jinkludi wkoll żewġ cables li dal-aħħar tqiegħdu fi Triq l-Imnarja. Ix-xogħlijiet fuq it-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni skont il-pjan ta’ sitt snin, għaddejjin b’ritmu mgħaġġel b’diversi proġetti li qed isiru mil-ħaddiema tagħna fi bnadi differenti tal-pajjiż.