Ir‑riċevituri tad‑data personali tiegħek huma:

  • Individwi magħżulin fi ħdan il‑kumpanija tagħna, fuq bażi need‑to‑know,
  • Kwalunkwe entità li tgħinna sabiex nipprovdu s‑servizzi tagħna inklużi l‑fornituri tas‑servizzi tal‑IT,
  • Terzi persuni li jkollna niżvelaw l‑informazzjoni magħhom b’riżultat tar‑relazzjoni tagħna miegħek bħala l‑klijent tagħna,
  • Terzi persuni li jinkludu imma mhux limitati għal istituzzjonijiet governattivi u awtoritajiet li huma ta’ natura eżekuttiva, ġudizzjarja jew leġiżlattiva li jista’ jkollna niżvelaw l‑informazzjoni magħhom b’konsegwenza ta’obbligi legali imposti fuqna,
  • Terzi persuni oħra li jista’ jkollna niżvelaw l‑informazzjoni magħhom b’konsegwenza ta’ obbligi legali imposti fuqna.

Nixtiequ ninfurmawk li aħna membri (“Membru”) tal‑Assoċjazzjoni Maltija tal‑Ġestjoni tal‑Kreditu (MACM). Jekk int bħala Klijent tagħna tikser il‑kuntratt ta’ bejnietna, il‑Membru għandu d‑dritt li jgħaddi l‑informazzjoni personali tiegħek lill‑MACM, kif ukoll lil kwalunkwe terzi persuni li nistgħu niżvelaw l‑informazzjoni magħhom b’konsegwenza ta’obbligi legali imposti fuqna.

F’każ li l‑informazzjoni personali tiegħek tiġi żvelata lill­MACM din, bħala aġenzija ta’ referenza tal‑kreditu, titqies bħala Kontrollur tad‑data personali li hi tipproċessa fis‑sistemi tagħha, għall‑finijiet tal‑interessi leġittimi tagħha, fosthom li tippromwovi prattiċi responsabbli ta’ self. Għal aktar informazzjoni, int ġentilment mitlub/a li żżur is‑sit elettroniku https://www.macm.org.mt/dataprotection. Għall‑mistoqsijiet relatati mal‑protezzjoni tad‑data personali minn MACM, tista’ tikkuntattja l‑Uffiċjal tal‑Protezzjoni tad‑Data tal‑MACM fuq l-email dataprotectionofficer@macm.org.mt.

Aħna ma niżvelawx id‑data personali tiegħek ma’ entitajiet li jinsabu barra mill‑Unjoni Ewropea jew miż‑Żona Ekonomika Ewropea.