Irrispettivament minn kif inkunu ġbarna l‑informazzjoni personali tiegħek, nipproċessaw tali informazzjoni għal finijiet ta’ provvista tas‑servizzi tal-elettriku u tal‑ilma u għal skopijiet li huma relatati magħhom, li jinkludu kull obbligazzjoni legali imposta fuqna.
Ġeneralment, waqt li nkunu qegħdin nipprovdulek is‑servizz, id‑data personali tiegħek tiġi pproċessata għal dan li ġej:
-
- Investigazzjoni dwar ħsarat u tiswijiet,
- Spezzjonijiet,
- Titjib/aġġornamenti tas‑servizz ipprovdut,
- Kontijiet,
- Talbiet għas‑servizz temporanju,
- Notifiki dwar interruzzjonijiet,
- Investigazzjoni għat‑talba għad‑danni,
- Investigazzjoni dwar serq u frodi